Fuq il-paġna uffiċjali tagħhom, il-Forzi Armati lbieraħ uffiċjalment bdew il-provi għall-Parata ta’ Jum ir-Repubblika, li se ssir nhar il-Ħadd, 13 ta’ Diċembru 2026, fil-Belt Valletta.
"Il-Forzi Armati ta’ Malta tawgura lill-instructors, lill-uffiċjali u lis-suldati kollha f’dawn it-tħejjijiet, filwaqt li tawgura kull suċċess matul il-provi u, fuq kollox, waqt il-parata nnifisha. Din il-parata, li tkun mistennija ferm mill-pubbliku, hija dejjem okkażjoni speċjali."
Huma jistiednu lill-pubbliku biex jingħaqad fil-Belt Valletta għal din il-Parata li tiċċelebra dan il-jum importanti fl-istorja ta’ pajjiżna.