ARA: Juża Test Tal-Covid-19 Falz Biex Ikun Jista' Jitlaq Minn Malta

Bħalissa lkoll nafu li biex tivjaġġa minn pajjiż għall-ieħor eċċetra, trid tipreżenta test tal-Covid-19 li juri li inti m’intix infettat. Naturalment it-test għandu jkun validu, biex b’hekk inti fiċ-ċert ma tkunx ta’ periklu għal saħħet ħaddieħor. Madanakollu hawn min ma jifhimx biżżejjed kemm hi serja din l-imxija tant li jasal jipprova jinganna.

Hekk għamel futboler Brażiljan biex jitlaq minn Malta wara li kellu xi partiti x’jilgħab. Skont is-sit Television Malta, il-futboler qal li għamel it-test fit-23 ta’ Frar iżda wara li ma rċieva l-ebda riżultat wara tlett ijiem, iddeċieda li juri test falz (li jindika li huwa negattiv għall-Covid-19) biex ikun jista’ jitlaq.

Segwi aktar hawn taħt:





Facebook/ Malta International Airport



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI