Ara taħt liema stilla taqa’ u l-karatteristiċi tal-kelb abbinat mal-istilla tiegħek jista’ jkun japplikaw għalik ukoll! Jew inkella ejja ngħidu li kieku dawn ir-razez ta’ klieb kienu umani, kien ikollom dawn il-karatteristiċi.
Iż-Żir (Aquarius) Mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Chinese Crested
View this post on Instagram
Intelliġenti u kurżitajr. Tiġi ġġudikat skond it-tip ta’ persuni li tagħmila magħhom. Għandek bżonn lil min jipproteġik biex toħroġ barra u inti kemmxejn stramb b’mod agressiv.
Il-Ħut (Pisces) Mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Dalmation
View this post on Instagram
Dejjem bil-muża kreattiva u tħobb iż-żwiemel. Attent għax jilgħabuk faċilment. Sensittiv għall-aħħar!
Il-Kibx (Aries) Mill-21 ta’ Marzu sad-19 t’April
Chihuahua
View this post on Instagram
Enerġetiku ħafna u tħobb tgħix fil-mument. Kultant tagħmel l-affarijiet bla ma taħsibom. Dejjem trid tmexxi, tordna u l-aħħar kelma tkun tiegħek.
It-Tawr (Taurus) Mill-20 t’April sal-20 ta’ Mejju
Beagle
View this post on Instagram
Tħobb raqda twila, u nagħsa wara nofsinhar ma tgħidilix le! Ma tafx tieqaf tiekol ghaliex l-ikel tapprezzah. Rasek iebsa iżda leali għall-aħħar.
It-Tewmin (Gemini) Mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Husky
View this post on Instagram
Intelliġenti, indipendenti u estrovert. B’hekk tħobb il-kumpanija ta’ sħabek, u kawża ta’ dan, ħin kollhu tparla u ma tafx tieqaf titkellem. Il-Husky meta jixba għax m’għandux x’jagħmel, jaqbad ikisser. Il-verżjoni umana ta’ dan tista’ tinterpreta’ kif trid!
Il-Qabru (Cancer) Mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Pug
View this post on Instagram
Dejjem tidher imdejjaq iżda dejjem tfittex kif ser tagħti u tirċievi l-imħabba. Prattikament tgħix fis-sodda daqs kemm tħobba, u meta ma jkollokx aptit taħdem, ma tiddejjaqx taqta’ linja u ma tmissx xogħol b’idejk.
Id-Durbies (Leo) Mit-23 ta’ Lulju sat-22 t’Awwissu
Pomeranian
View this post on Instagram
Meta’ jarawk, ma jkunux jistgħu jirreżistu mingħajr ma jgħannquk u jħaddnuk magħhom. Xagħrek u d-dehra dejjem stupenda iżda tieħu l-ħin u tiswik ħafna flus. Kemm jekk twil u anke qasir, niexef jew mibni, dejjem mingħalik li itwal jew ikbar milli verament int.
L-Għodra (Virgo) Mit-23 t’Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Rough Collie
View this post on Instagram
Tridha ftit, u naqra kunfidenti żżejjed, bi ftit problemi ta’ kontroll ukoll. Tkun ġentili mat-tfal u ma’ annimali żgħar u organizzat għall-aħħar.
Il-Miżien (Libra) Mit-23 ta’ Settembru sat-22 t’Ottubru
Golden Retriever
View this post on Instagram
Magħruf ma’ kulħadd li inti l-gustuż. Jiġri x’jiġri, dejjem f’kull sitwazzjoni tibqa’ ottimist u b’hekk tipprova tħobb lil kulħadd. Flessibli fiżikament u kieku jkollok ittiha għall-akrobazija, ma tmurx ħażin!
L-Għaqreb (Scorpio) Mit-23 t’Ottubru sal-21 ta’ Novembru
Chow Chow
View this post on Instagram
Introvert, maqtugħ mis-soċjeta u misterjuż. Inti leali għal ċirku żgħir biss ta’ persuni magħżula b’reqqa minnek. Tippreferi x-Xitwa milli s-Sajf. Taqbel l-aktar ma’ persuni li l-gosti tagħhom huma partikolari u mhux normali.
Il-Qaws (Sagittarius) Mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Pitbull Terrier
View this post on Instagram
Sfortunatament, minħabba ħaddieħor, ir-reputazzjoni tiegħek mhux daqsekk tajba. Lanqas jekk taf x’taf, tibqa’ tiddefendi lil sħabek sal-aħħar. Dejjem bil-burdata tajba li titrażmettiha lil ħaddieħor, u dejjem eċitat meta jasal il-ħin li toħroġ.
Il-Wott (Capricorn) Mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Saint Bernard
View this post on Instagram
Taħdem daqs kelb (idjoma f’postha), iżda żżomm attitudni pożittiva dejjem. Tipprova tevita sitwazzjonijiet delikati għal dawk ta’ madwarek, anke jekk ma jkunux jixtiequ li tindaħal. Fejn jidħol l-alkoħol ma tkun tixtieq xejn tal-irħis!
Jekk qed tippjana biex iġġib kelb, nisperaw li din il-lista għenitek xi ftit sabiex tara ma’ liem razza l-aktar inti kompatibbli.
Instagram / Life_of_a_pdencomix