Ftit ilu ġie mbassar minn sorsi ta’ min joqgħod fuqhom li t-temp għal-lum il-Ħadd se jkun wieħed imsaħħab f’xi waqtiet anke bix-xita. Dan hu mistenni li jseħħ b’mod speċjali tard matul il-lejl fejn ħa jkollna ħalbiet tax-xita.
Ma nissuġġerulekx toħroġ b’umbrella biss jekk għandek fejn tmur! Dan għaliex ir-riħ jidher li ser jitqawwa ġmielu. “Ir-riħ qawwi (F6-7) u sħun min-Nofsinhar ix-Xlokk (SSE) li jdur u jiksaħ mill-Punent Majjistru (WNW) ftit qawwi għal qawwi (F5-6)…” Intqal dan fuq il-paġna It-temp madwarna.
Fuq is-sit tal-malta airport saret anke twissija rigward ir-riħ li se jkollna. “Ir-riħ tal-Punent se jkun qawwi xi drabi fuq iż-żoni esposti tal-Gżejjer Maltin. Twissija valida sat-8 ta’ filgħaxija llejla (06/2000 ħin lokali) u tista’ tiġġedded kif xieraq.”

Ritratt: maltairport.com
Il-Ħadd it-tajjeb lilkom ilkoll!