Attenti! Qed Tagħtu Aċċess Ta’ Ħafna Affarijiet Bla Ma Tafu!

Naħseb ir-ritratti ta’ bosta nies xjuħ kulħadd rahom fuq il-midja soċjali, kulħadd juża l-famuża app biex jara kif ħa jidher xiħ jew kif ħa jkun qed jidher fil-futur. Meta wieħed jaċċessa din il-famuża app ikunu qed jagħti aċċess sħiħ lil ritratti kollha tiegħu, dawn jistgħu jintużaw meta u xħin irridu bla permess tiegħek! Inħsadt? Nimmaġina!

Aktar minn 100 miljun persuna niżlu din il-famuża app u qiegħda fl-ewwel post f’aktar minn 120 pajjiż. Forsi ma hemm le-bda perikolu iżda xorta waħda jistgħu jużaw dawn ir-ritratti bla permess tiegħek! Taf tispiċċa fuq xi billboard ġo pajjiż bla ma tkunx taf jew inkella f’xi sistema biex jagħrfu l-uċuħ tan-nies. Mhux sew!

Jiġifieri meta tniżżlu xi app u tagħtu aċċess biex tuża dak li għandkom fuq il-mowbajl tagħkom huwa importanti li toqgħodu attenti ferm xi tkunu qed tniżżlu. Importanti li tagħmlu r-riċerka tagħkom qabel u flok taċċettaw kull pass, aqraw il-kundizzjonijiet! Dawn l-affarijiet ikunu miktubin u ħafna minnhom anqas biss nindunaw bihom għax naċċettawhom bla ma naqraw!

Instagram / Adrian Ward

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI