Il-paġna ta’ Infrastructure Malta tavża lis-sewwieqa dwar bidla temporanja fir-rotot minħabba xogħlijiet marbuta mal-Proġett Msida Creek. Sewwieqa li ġejjin mill-Belt Valletta u sejrin lejn Triq Mikiel Anton Vassalli għandhom iżommu mal-karreġġjata tal-lemin biex ikomplu dritt lejn il-flyover li jwassal għal din it-triq. Min minflok jagħżel il-karreġġjata tax-xellug se jkompli fid-direzzjoni ta’ Birkirkara, Tas-Sliema u l-Gżira. L-awtoritajiet qed iħeġġu lis-sewwieqa biex isuqu b’attenzjoni u jsegwu l-istruzzjonijiet kollha fuq is-sinjali tat-traffiku biex jiġi evitat konfużjoni jew dewmien mhux meħtieġ.
“Infrastructure Malta tixtieq tavża li minħabba aġġornament fir-rotot relatati mal-Proġett Msida Creek, jekk ġej mill-Belt Valletta direzzjoni lejn Mikiel Anton Vassalli trid iżzomm fuq il-karreġġjata tal-lemin biex tibqa’ sejjer dritt lejn il-flyover għal Triq Mikiel Anton Vassalli. Jekk iżżomm mal-karreġġjata tax-xellug, tibqa’ sejjer fid-direzzjomi lejn Birkirkara, Tas-Sliema u l-Gżira. Segwu s-sinjali tat-traffiku.”