Tħabbret Il-Mewt Ta’ Andy Taylor – Il-Kitarrist Tal-Grupp Duran Duran Fl-Età Ta’ 65 Sena

Id-dinja tal-mużika tinsab f’luttu hekk kif tħabbret il-mewt ta’ Andy Taylor, il-kitarrist tal-grupp popolari Duran Duran, fl-età ta’ 65 sena. Il-grupp ħabbar li Taylor ħalla din id-dinja nhar it-Tnejn fid-dar tiegħu, imdawwar mill-familjari tiegħu, wara battalja twila u qalbiena kontra l-kanċer tal-prostata.

Taylor kiseb popolarità kbira fis-snin tmenin ma’ Duran Duran, grupp li tana għadd ta’ suċċessi mużikali fosthom Hungry Like The Wolf, Rio, The Reflex u A View to a Kill. Martu Tracey, li kienet ilha miżżewġa lilu għal aktar minn 40 sena, sellmet il-memorja tiegħu, "Għad-dinja, Andy kien kitarrist brillanti, iżda għalina kien raġel mill-isbaħ, missier kollu mħabba u nannu kburi immens. Kien il-blata tal-familja tagħna."

Anke l-kantant ewlieni tal-grupp, Simon Le Bon, sellem il-memorja tiegħu bi kliem emozzjonanti, "F’qalbi hemm vojt enormi li ħalla Andy Taylor. Dan il-vojt qatt mhu se jingħalaq; mhux se nħallih jingħalaq. Se nħoss in-nuqqas tiegħu u nibqa’ nħobbu għal għomri kollu."

F’isem it-tim ta’ Gwida.mt, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari, lill-ħbieb u lill-ammiraturi kollha tiegħu. Strieħ fis-sliem, Andy!

Ritratt:

Facebook / Duran Duran

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI