Illum huwa għeluq snin Christina, bint Claudia Magrin. F’dan il-jum speċjali, Claudia kitbet kelmtejn mill-isbaħ lil Christina.
“Awguri f’għeluq sninek għażiża Christina,” hi kitbet. “Dawn l-aħħar snin għallmuni li l-imħabba ma titkejjilx fil-jiem faċli, iżda f’kif inkunu għal xulxin f’dawk diffiċli.”
“F’kull sfida iebsa, qatt ma waqaft inkun kburija bik u qatt ma se nkun. Irrealizzajt li l-kanzunetta li kont inkantalek meta kont tarbija hija tant xierqa llum, għax anke fil-jiem meta l-ħajja tħossha tqila, qatt ma waqaft nara s-smewwiet blu fik.”
“Ibqa’ ħu ġurnata b’ġurnata. Ftakar li tkun kemm tkun kbira, inti dejjem se tibqa’ t-tifla ċkejkna tiegħi, u jien dejjem se nkun hawn, inħobbok b’qalbi kollha.”
Facebook / Claudia Magrin