“Awguri Lid-Devoti Kollha Ta’ Din Il-Qaddisa Tant Meqjuma, Partikolarment Dawk Żwieten U Żrieraq” – Il-Ministru Owen Bonnici

Owen Bonnici

Illum hi meqjusa bħala l-festa reliġjuża ta' Santa Katarina ta' Lixandra.Qaddisa li jiċċelebrawha b'mod speċjali ż-Żurrieq u ż-Żejtun. Il-Ministru Owen Bonnici kiteb l-awgurju tiegħu għad-devoti kollha.

Hu kiteb, "Awguri lid-devoti kollha ta' din il-qaddisa tant meqjuma, partikolarment dawk Żwieten u Żrieraq." Qasam anke ritratt ta' din il-qaddisa meqjuma.

Santa Katarina għexet lejn l-aħħar tat-tielet seklu fil-belt Eġizzjana ta’ Lixandra. Allavolja ma tantx nafu dwarha, huwa magħruf li kienet żagħżugħa intelliġenti, possibilment ta’ nisel irjali.

Il-festa t-tajba!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI