Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, is-sindku tal-Mellieħa, Gabriel Micallef, iddedika kelmtejn ta’ mħabba lill-ġenituri tiegħu f’jum l-anniversarju tagħhom.
Hu kitbilhom, “Awguri lill-ġenituri tiegħi f’dan il-jum speċjali tal-anniversarju tagħhom. L-imħabba tagħkom kienet il-pedament ta’ dak kollox li għandna.”
Żied jgħid, “Intom l-ispirazzjoni wara l-valuri tagħna, il-kuraġġ, u l-familja sabiħa li bnejtu. Grazzi ta’ kollox.”
Ippubblika wkoll ritratt gustuż tagħhom ilkoll flimkien, bi tbissima ġenwina fuq fommhom li tixhed biċ-ċar l-imħabba li għandhom għal xulxin. Bosta fil-kummenti wkoll awgurawlhom mill-qalb.
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlhom l-isbaħ xewqat f’din il-ġurnata speċjali, biex jiċċelebraw iżjed snin ta’ mħabba u hena flimkien.
Facebook / Gabriel Micallef