Bħal-Lum 40 Sena, 39 Partitarju ta’ Liverpool u Juventus Tilfu Ħajjithom

Bħal-lum fl-1985, seħħet waħda mit-traġedji l-aktar imdemmija fl-istorja tal-futbol Ewropew, it-traġedja ta’ Heysel. Qabel il-finali tal-European Cup bejn Liverpool u Juventus f’Heysel Stadium ġewwa Brussell, tensjonijiet bejn iż-żewġ gruppi ta’ partitarji żdiedu b’mod fatali. Il-vjolenza u n-nuqqas ta’ sigurtà wasslu biex ħajt ċeda, u 39 persuna tilfu ħajjithom, ħafna minnhom partitarji Taljani. Wara din il-ġrajja, l-klabbs Ingliżi ġew sospiżi mill-kompetizzjonijiet Ewropej għal bosta snin.

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Liverpool fakkru din il-ġrajja fejn qalu, “Liverpool FC infakkru it-39 partitarju tal-futbol li tilfu ħajjithom fl-Istadium Heysel, 40 sena ilu bħal-lum. Illum niftakru f’dawk kollha li ġew affettwati minn din it-traġedja.

Jistrieħu fis-sliem.





Facebook/Juventus 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI