“Bħal-Lum Ħames Snin Sirt Naf Li Ser Insir Missierek” – Is-Sindku Tal-Kalkara, Wayne Aquiilna

Is-Sindku Tal-Kalkara, Wayne Aquilina jħalli messaġġ tassew ħelu lit-tifel tiegħu Dean li tant iħobb f’Jum San Valentinu.

“Il-Valentinu Tiegħi bħal-lum 5 snin, sirt naf li ser insir missierek. Minn dak il-waqt sal-lum, qatt ma waqaft inħobbok.”





F’Ġunju tas-sena 2019, Wayne kien ħalla kumment  speċjali lil Dean fejn kien qal “Għal grazzja t’Alla, għalkemm xejn mhu faċli fil-ħajja, għandi ħafna privileġġi, iżda żgur li l-akbar privileġġ minnhom kollha huwa li jien missierek. Għażiż ibni Dean, f’Jum Il-Missier, nirringrazzjak li ttini dan il-privileġġ li nġorru tul ħajti. Hi x’inhi s-sitwazzjoni, int dejjem f’qalbi u għad tikber u tirealizza kemm inti xxurtjat li fiċ-ċirkostanzi kollha diffiċli tal-ħajja, għandek ġenituri li jħobbuk bla qies. Nappella lil ġenituri; ħadt m’hu perfett, iżda żommu lil uliedkom fiċ-ċentru ta’ ħajjitkom anke jekk ċ-ċirkostazi jorbtukom b’ċertu kundizzjonijet. Tużawx lit-tfal arma li toqtol. Hi x’inhi ċ-ċirkostanza żommuha f’moħħkom li uliedkom ma jaħtux. It-tfal imħabba jridu u agħtu din lil uliedkom bl-aħjar mod li tistgħu f’kull forma tagħha. Biex ikollok il-privileġġ u l-ħaqq li tiċċellebra jum il-missier, ħobb lil uliedek, huma min huma. Huma ta’ min huma, huma fejn huma u huma x’inhuma.”

Awguri minn għandna l-gwida.mt f’din il-ġurnata ta’ tant imħabba.

Facebook / Wayne Aquilina



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI