“B’Dieqa Kbira Nikkomunikaw Magħkom It-Telfa Ta’ Carmelina Borg” – Caritas Malta

Il-paġna ta’ Caritas Malta kitbet paragrafu emozzjonali biex issellem it-telfa ta’ Carmelina Borg li kienet tassew ħabiba tal-voluntiera f’din l-organizzazzjoni.

Fuq il-paġna kitbu, “B’dieqa kbira nikkomunikaw magħkom it-telfa ta’ Carmelina Borg, li ilha ħabiba tal-qalb għal żmien twil, benefattura, u kooperatriċi ta’ Caritas Malta. Il-quddiesa tal-funeral se ssir is-Sibt 8 ta’ Marzu, fil-knisja antika ta’ San Girgor iż-Żejtun fl-għaxra ta’ filgħodu. Konoljanzi lill-maħbubin kollha tagħha. Nitolbu biex tistrieħ fil-paċi etern.”

Fil-kummenti, l-impatt li ħalliet fuq tant nies Carmelina Borg deher biċ-ċar hekk kif bosta offrew il-kondoljanzi tagħhom.

Inżommu lilha u kif ukoll lill-familjari u l-ħbieb tagħha fit-talb tagħna f’dan iż-żmien tant diffiċli. Tistrieħ fis-sliem u l-paċi.





Facebook / Caritas Malta



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI