B'risq uliedu li t-tnejn sfortunatament twieldu b'diżabbiltà fiżika, missier iddeċieda li jgħum u jiġri ħafi mill-Mosta sa ta' Pinu.
Il-missier saħaq li għażel li jagħmel din l-isfida ħafi appuntu sabiex juri t-tbatija u l-uġigħ li l-limitazzjonijiet fiżiċi ta' wliedu jġibu magħhom.
"Ta' kull sena nagħmlu attivitajiet bħal dawn fejn jien u marti flimkien ma' atleti oħrajn nagħmlu sfidi li juru li marda tista' tiġġildilha mhux biss b'mod psikoloġiku iżda wkoll billi tkun b'saħħtek fiżikament," spjega l-missier.
Minkejja l-limitazzjonijiet fiżiċi li għandhom uliedhom Len u Jacob madankollu xorta waħda ma jaqtgħux qalbhom u dejjem ifittxu li jkunu kemm jista' jkun avventurużi u attivi fiżikament.
Prosit u kuraġġ!
Facebook / Len & Jacob Wellness Fund