Proprju bħal-lum erba’ snin ilu ħalla din id-dinja traġikament f’daru stess, l-infermier Żejtuni Shawn Curmi fl-età ta’ 43 Sena.
Bosta li sellmu l-memorja tiegħu wara mewtu kienu faħħru d-dedikazzjoni kif ukoll l-umiltà li dejjem wera matul ħajtu, iżda fuq kollox il-qalb tad-deheb li kellu li kienet twasslu sabiex dejjem ifittex li jgħin lil ta’ madwaru.
Illum fakkret il-memorja tiegħu pazjenta li snin ilu kienet ingħatat il-kura mingħandu. Hi tfakkar kien proprju bħal-lum erba’ snin ilu fis-sigħat ta’ filgħodu li Shawn tilef ħajtu traġikament u ssemmi l-imħabba u r-rispett li dejjem kien juri lil ta’ madwaru.
Strieħ fis-sliem, Shawn!
Facebook / Shawn Curmi