Bil-Filmat: "Aħbar Kbira Immens… Lanqas Irrid Nemmen… Ejja Ħa Jkollna Milied Mill-Isbaħ!" – Henry Galea

L-artist lokali bravissimu Henry Galea kien bena siġra tal-Milied is-sena l-oħra, u kien hemm reazzjonijiet kbar mill-pubbliku. Impressjona tant li din is-sena ser ikollu biċċa xogħol f'idejh!

Wara l-ħafna kummenti ta' tifħir, u s-suġġerimenti tan-nies, Henry ġie magħżul biex jieħu ħsieb is-siġra tal-Milied tal-Belt Valletta! "Lanqas irrid nemmen li qed ngħidha din is-sentenza bħalissa. Onestament ma naħsibx li kienet tkun possibbli din, li kieku ma kienx hemm eluf ta' kummenti ta' Maltin, jissuġġerixxu li jien għandi nkun in-charge tas-siġra..."

Din tfisser ħafna għalih, aktar u aktar meta tqis l-imħabba kbira li għandu għal art twelidu, Malta, daqs kemm għandu għall-arti. "Għandha post speċjali ġo qalbi, u Malta tibqa' dejjem tal-Maltin. Għandna bżonn dan il-Milied biex insaħħu dik l-enerġija Maltija, fl-opinjoni tiegħi."

Bravissimu Henry! Ħerqanin biex naraw ir-riżultat!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI