Il-preżentatur John Bundy kiteb appell għall-pubbliku fuq il-paġna tal-programm tiegħu Bundytime. Hu għandu stedina għal min jixtieq ipoġġi tbissima fuq fomm it-telespettaturi u xi ħadd li kapaċi jdaħħak b'xi ċajta li jgħid, jew xi episodju li jirrakkonta.
"Għandkom xi ċajta jew storja x'tirrakkontawlna, jew għandkom xi talent mhux tas-soltu? Kunu magħna fil-programm billi tibagħtulna messaġġ fuq Facebook bid-dettalji tagħkom ħalli nikkuntattjawkom!"
Jekk titħajjar tagħmel dan int għandek tħalli n-numru tiegħek tal-mowbajl biex huma jkunu jistgħu jikkuntattjawk lura. Ser tidħol għaliha din?