Il-preżentatur u storiku Clifford Galea ser ikun qed jirritorna bi proġett ġdid, fejn qed jagħti ċ-ċans lil kulħadd biex jipparteċipa. Proġett bl-isem ta’ Ma’ Clifford, fejn ser ikun qed jagħti spazju lil bosta persuna jaqsmu diskussjoni flimkien.
Kull min jipparteċipa f’dan il-proġett, ser ikun jista’ jiddiskuti u jaqsam l-opinjoni tiegħu dwar diversi fatturi u sitwazzjonijiet preżenti.

Clifford jistiednek tibgħat suġġeriment tiegħek dwar suġġett li taħseb li għandu jiġi diskuss, u jekk trid anke tista’ tidher titkellem int ukoll permezz ta’ filmat.
Int għandek tibgħat dan fuq cliffordgalea@gmail.com