Bil-Filmat: “Għandi Bżonnkom Ħbieb!” – Gwen Lura Bl-Ordnijiet Tal-Figolli B’Risq Puttinu Cares

Gwen ser terġa’ bil-proġett tant għal qalbha, fejn ħa tkun qed tbigħ il-figolli b’risq Puttinu Cares, għas-sitt sena. Hekk hu ilha tagħmel dan sitt snin sħaħ.

Waqt li tħabbar li ser terġa’ taħmi l-figolli għal Puttinu, titlob biex min jista’ jgħinha fl-ingredjenti, f’dal każ lumi, jista’ jagħmel dan billi jikkuntattjaha.

“Għandi bżonnkom ħbieb!… Il-Ħadd li ġej se nkun qed niftaħ l-ordnijiet tal-figolli b’risq Puttinu… Jirrikjedi ħafna u ħafna lumi. Jekk għandkom lumi u tkunu tistgħu tagħtuna, biex inkunu nistgħu nagħmlu l-figolli, napprezzaw ħafna. Għandna bżonn ħafna lumi, imma kull lumija tgħodd.”

Ibagħtulha messaġġ privat jekk tixtiequ tgħinuha bil-lumi, ħalli jkollha iżjed figolli xi tqassam! Prosit bħal dejjem Gwen!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI