Bil-Filmat: Il-Kapxi Joffri L-Prestazzjoni Tiegħu Lil Għażiż Missieru! XUMM

Joseph Mangion magħruf bħala l-Kapxi wera kemm jaf jagħmel il-ħsejjes tal-murtali u tal-festa! Beda l-prestazzjoni tiegħu billi fakkar x’kien jagħmel meta kien żgħri ma’ missieru u kemm il-festa mar miegħu. Joseph qal li ser jiddedika l-prestazzjoni lil missieru filwaqt li emozjona ruħu. Daqq tal-banda u l-kapxi reġa għamel il-ħsejjes tal-murtali.





“Mit-toroq tal-belt kulħadd għaddej xum xum xum” qal il-kapxi. Ray wara l-prestazzjoni qallu li, “Dejjem jirnexxilek iġġib il-ferħ u l-allergrija”. Sarah tgħidlu, “Wara dil-prestazjzoni ser niftakrek kull ħajti kollha”. Maxine min-naħa l-oħra tgħidlu li ma tafx x’talent kapaċi jagħmel aktar imma Joseph iwiegħed li għandu aktar! Howard qallu li ma jafx jekk jgħidlux talent imma l-ġenjalita tiegħu tagħmlu uniku.

Ċertament li kellna festa fuq il-palk. Joseph kien kunfidenti u qal li kellu wissa’ biżżejjed fejn jaħraq in-nar tiegħu!

Tista’ tivvota għal Joseph Mangion fuq 5061 4408 billi tibgħat SMS vojt. Tista’ tivvota 3 darbiet biss u kull SMS jiswa 47ċ.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI