It-tieni kantant, din id-darba Michele Panarosa mill-Italja! Michele iħalli lil kulħadd impressjonat bil-leħen sod tiegħu u ddedika din il-kanzunetta lil xi ħadd li jixtiequ jibqa’ fil-passat. Michele b’kanzunetat emozzjonali! Michele kanta rendizzjoni ta’ ‘Take on me’ u għalaq b’ringrazzjement bil-Malti billi qal “Grazzi ħafna”
Howard qal, “Dan kien li xtaqt minn għandek! Kemm aħna l-Maltin dejjem meta jkollna xi ħadd jieħdu sehem barra dejjem inkunu nixtiequ lil xi ħadd jivvutawlu! Ejja nagħmlu l-istess għal dan!”
Maxine qalet, “Irriduk fil-finali! Int superstar!”
Sarah qalet, “Wara l-prestazzjoni tiegħek għedtlek li int kellek tkun kburi bik innifsek u l-istess din!”
u Ray qal “Dik kienet sabiħa mmens! Il-Vuċi tiegħek uriet xi ħaġa differentI!”
Nawguraw lil Michele!
Ibgħat SMS vojt fuq 50614404 għal Michele Panarosa. Tista’ tivvota 3 darbiet biss u kull SMS jiswa 47ċ.