Antonella Rogers, pazjenta Maltija li tinsab f'Londra għamlet karba mill-qalb. Minn vista mat-tabib qallha li għandha bżonn operazzjoni urġenti mmens għax il-kundizzjoni tagħha marret lura.
Hi tgħid li tabib Malti bagħtha Londra, tabib Malti li kapaċi jagħmel din l-operazzjoni iżda ma tistax issir f'Malta minħabba l-fatt li m'aħniex attrezzati biżżejjed. Hi tistqarr li għalkemm mas-sorijiet ma jonqosha xejn u jgħinuha biex tħossha komda mmens, sabiħ li tkun f'pajjiżek ma' qrabatek għall-affarijiet hekk.
Hi tagħmel appell li wasal iż-żmien li f'Malta jinfetaħ sptar ġdid, sptar li jkun armat biex jagħmel operazzjoniet li s'issa ma jsirux. Tgħid li għandna ħafna tobba bravi li kapaċi jagħmlu dawn l-operazzjonijiet u fejn ikun hemm bżonn jinżlu professuri minn barra l-pajjiż biex jagħmlu dawn l-operazzjonijiet.
X'taħsbu?
Facebook / Antonella Rogers