Bil-Filmat: “It-Tifel Huwa Parti Mill-Familja Tagħna” – Fuq Kellymni Sarah Tgħid Li Alex Kien Lest Ma Jieħux L-Akbar Pass Li Qatt Ħa Fil-Karriera Tiegħu

Sarah Bajada tagħti perspettiva sinċiera u emozzjonanti dwar il-ħajja tagħha fuq Kellymni – Il-Podcast ta’ Gwida, fejn tmiss suġġetti li jolqtu lil ħafna familji u ommijiet jew missirijiet li qed irabbu t-tdal weħidhom.

B’emozzjoni ċara, Sarah tiftaħ qalbha dwar il-vjaġġ tagħha bħala omm u l-isfidi kbar li kellha taffaċċja tul is-snin. F’diversi mumenti matul il-konversazzjoni, hija tidher emozzjonata hekk kif tirrakkonta mumenti diffiċli li ħallew impatt qawwi fuqha, iżda li fl-istess ħin għenuha ssir aktar b’saħħitha.



“Kull diffikultà għamlitni aktar b’saħħti,” tgħid Sarah, hekk kif tirrifletti fuq l-esperjenzi tagħha u kif dawn iffurmawha fil-persuna li hi llum.



Fost is-suġġetti li tmiss, Sarah titkellem ukoll dwar ir-relazzjoni tagħha ma’ Alex Borg u kif, fil-bidu, hu kien lest ma jidħolx għall-ġirja ta’ kariga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni għax kellu biża’ li ma jarax lil Sam jikber. Minkejja dan, it-tnejn sabu triq flimkien u llum qed jibnu kapitlu ġdid ibbażat fuq fiduċja, rispett u sostenn reċiproku.

Sam jibqa’ fiċ-ċentru ta’ kollox, u Sarah tenfasizza kemm hu importanti għalihom bħala familja. Hija tispjega kif kull deċiżjoni tittieħed dejjem bl-aħjar interess tiegħu f’moħħhom, u kif hu l-akbar motivazzjoni tagħha biex tibqa’ timxi ’l quddiem.

B’mod ġenerali, il-messaġġ ta’ Sarah huwa wieħed ta’ kuraġġ, reżiljenza u tama – li anke meta l-ħajja tpoġġik quddiem sfidi kbar, dejjem hemm triq ’il quddiem. Kellymni – Il-Podcast ta’ Gwida jkompli jġib stejjer reali u emozzjonanti li jolqtu lill-qarrejja u lis-semmiegħa bl-istess mod.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI