“Waqt Żjara Familjari Tagħna Fil-Portugal It-Tifel Tagħna Michael Cassar Kellu L-Opportunità Li Jkun Wieħed Mill-Mascots” – Philip Cassar

philip cassar

Philip Cassar ippubblika xi ritratti dwar mumenti sbieħ li kellu ibnu Michael waqt żjara tal-familja ġewwa l-Portugal.

“Waqt żjara familjari tagħna fil-Portugal t-tifel taghna Michael Cassar kellu l-opportunità li jkun wieħed mill-mascots li ħarġu mal-players fil-logħba mill-kampjonat Portugiż bejn SL Benfica u SC Braga fl-Estádio da Luz wieħed mill-aktar grawnds ikoniċi fl-Ewropa.”

Philip kompla jikteb, “Kemm hi esperjenza sabiħa! Memorja li t-tifel tagħna żgur se jgħożż għal dejjem u ser tibqa’ mnaqqxa f’qalbna!”

Fir-ritratti nistgħu naraw il-mument fejn anke kellu intervista.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI