Bjorn Formosa iktar ma jgħaddi żmien aktar qed ikun ta’ ispirazzjoni kbira għalina lkoll. Il-mod kif minkejja l-ostakli, li kultant jinħassu aktar tqal mis-soltu, huwa tant ammirevoli.
Fl-aħħar jiem Bjorn għadda minn mument vulnerabbli, iżda ta’ persuna determinata li hu llum xtaq ixerred il-messaġġ li fil-ħajja għandna nibqgħu nikkumbattu minkejja kemm tidher iebsa.
“Ma jimpurtax kemm jidher diffiċli, għandek tkompli miexi ‘l quddiem. Bonġu ħbieb,” kiteb Bjorn. Bħal dejjem kienu bosta li wrew appoġġ kbir għalih.
Facebook/ Bjorn Formosa