ITS Training School Tissieħeb Mal-FKNK Biex Tniedi Korsijiet Tat-Tisjir Tal-Kaċċa

ITS

L-ITS Training School qed tikkollabora mal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) biex tintroduċi korsijiet kulinari speċjalizzati fit-tisjir tal kaċċa, sabiex issaħħaħ waħda mill-aktar tradizzjonijiet gastronomiċi awtentiċi ta’ Malta għall-ewwel darba permezz ta’ taħriġ professjonali strutturat.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, Ian Borg, ħabbar dawn il-korsijiet nhar it-Tlieta, waqt żjara fir-Razzett tal-Bagħal fil-Buskett, ċentru ta’ edukazzjoni u konservazzjoni mmexxi mill-FKNK, hekk kif l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-ITS Pierre Fenech, u l-General Manager tal-Korsijiet Kummerċjali Andrew Debattista, l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-FKNK Lino Farrugia u l-President tal-FKNK Lucas Micallef iffirmaw ftehim biex formalment iniedu din il-kollaborazzjoni.



Il-kultura tal-kaċċa ilha msejsa fit-tradizzjonijiet Maltin u Ewropej għal ħafna żmien, fejn it-tisjir tal-kaċċa huwa marbuta mill-qrib mal-istaġuni u l-ħiliet kulinari.



F’Malta, platti bil-fenek, il-gamiema, u s-summien ilhom jissajru u jgħaddu minn ġenerazzjoni għal oħra, iżda baqgħu fil-biċċa l-kbira nieqsa mill-edukazzjoni kulinari formali.

Din is sħubija bejn ITS u l-FKNK għandha l-għan li ttemm dan in-nuqqas billi tintegra dawn it tradizzjonijiet fi programmi ta’ taħriġ akkreditati.

Id-Deputat Prim Ministru Borg irringrazzja lill-ITS u lill-FKNK għal din is-sħubija promettenti.

“Il-korsijiet il-ġodda se jgħinuna nkomplu nagħtu valur ogħla u napprezzaw ir-rikkezza tal-kċina tal-kaċċa Maltija, hekk kif inkomplu nippromwovu lil Malta bħala destinazzjoni gastronomika distinta. Din il-kollaborazzjoni se tgħin lill istudenti tal-ITS u lill-industrija lokali tal-ikel jaħdmu għall-ħarsien, l-innovazzjoni u t tisħiħI tal-kċina tal-kaċċa, filwaqt li jenfasizzaw aspett uniku ieħor tal-wirt kulturali tagħna.”



L-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-ITS, Pierre Fenech ikkummenta li “dan huwa eżempju qawwi ta’ kif l-arti kulinari tista’ tgħaqqad mal-kultura u t-tradizzjoni biex toħloq platti raffinati u ta’ kwalità għolja li jiċċelebraw il-wirt kbir ta’ Malta filwaqt li jappellaw għal dilettanti kulinari u udjenzi li jfittxu prodott ta’ livell ogħla.”

Il-kollaborazzjoni tibni fuq kisba storika mill-FKNK, meta l-pubblikazzjoni tagħha Game Recipes from Malta rebħet il-“Best Game Meat Book in the World” fil-31 Gourmand.

World Cookbook Awards li saru f’Riyadh. Il-ktieb, li kien qed jikkompeti ma’sottomissjonijiet minn 96 pajjiż, ġie ppubblikat b’kollaborazzjoni ma’ tlettax-il kok lokali u studenti tal-Istitut tal-Istudji Turistiċi tas-snin li għaddew, u fih tletin riċetta tradizzjonali u kontemporanja li juru l-kċina tal-kaċċa ta’ Malta.

Permezz ta’ din is-sħubija, l-ITS Training School qed tkompli ssaħħaħ l-irwol tagħha fil qalba tal-industrija tal-ospitalità billi tippreserva t-tradizzjonijiet kulinari filwaqt li trawwem lill-ġenerazzjoni ta’ koki li jmiss b’għarfien speċjalizzat u lokali dwar dan il qasam.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI