Bil-Filmat: "Kultant Jiġuni Mumenti Fejn Verament Tidħol Dalma Fi Ħsibijieti Imma Minn Kollox Nagħmel Biex Nibqa' Nara D-Dawl" – Pamela Bezzina

Bħal daż-żmien tlett snin ilu kienu qed isiru diversi preparamenti għall-avveniment tal-Valletta 18. Diversi kantanti fosthom il-bravissima Pamela Bezzina, li fil-fatt kienet tidderieġi l-provi tal-kor magħmul minn 100 ruħ, kienu għaddejjin bla nifs.

Pamela ħalliet riflessjoni qawwija ħafna fuq il-profil tagħha li tfakkarna kemm għandna napprezzaw kull mument u ma nieħdu xejn qisu mhu xejn. “Żmien sabiħ għax kienet okkażjoni unika; imma l-iktar għax 100 ruħ ikantaw f’kamra kienet normalita’ li llum tbeżża’ lin-nies, u li m’għadhiex possibbli!”

Pamela tgħid li dan iż-żmien diffiċli kultant jirnexxielu jħassibha ħafna iżda dejjem tara kif terbaħlu u tibqa’ pożittiva! “L-inkwiet tagħna li tagħmel ix-xita dakinhar tal-esibizzjoni, jew li xi ħadd minna jimrad – mela pandemija? Lanqas kienet tgħaddi mill-kurituri ta’ moħħi! Imma dik hi ir-realtà bħalissa! Kultant jiġuni dal-mumenti fejn verament tidħol dalma fi ħsibjieti – imma minn kollox nagħmel biex nibqa’ nara d-dawl, għax jekk ħaditilna ħafna affarijiet il-Covid, għallmitna ħafna ukoll!”





Ma stajtx tkellimt aħjar Pamela. Solidarjetà miegħek li tant tagħti ħin għall-mużika, mal-artisti kollha u nagħmlu kuraġġ lil kulħadd f’dawn il-mumenti iebsa. Ejjew ilkoll nifhmu din ir-riflessjoni tajba li qassmet Pamela u nagħmlu kuraġġ!

Paul Camilleri/ pix by p



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI