Bħalissa għaddejja l-maratona tal-Caritas u ħafna mill-persuni li għamlu użu mill-Caritas qed jaqsmu l-esperjenzi tagħhom. Fosthom kien hemm Daniel. Daniel hu l-iżgħar fost ħutu u jammetti li kien seraq kull deheb li kellha l-familja tiegħu biex jixtri d-droga.
Daniel beda bl-ismoke, kompla bl-erojina imbagħad kompla bil-Coke li jiddisrivieha bħala, “tal-biża'”. Daniel jgħid li lill-missieru kien jistkerħu u qatt ma kellu relazzjoni tajba miegħu, iżda llum il-ġurnat jiddispjaċih ferm. Daniel jgħid li “…Nara lil missieri lanqas b’ċurkett tat-tieġ inħossa wisq”. Daniel jiddiskrivi l-imħabba tal-familja tiegħu bħala ħaġa indiskrivibbli għax illum reġgħu aċċettawh.
“Bis-saħħa tal-Caritas, jibqgħu jemmnu fik … Qatt ma jwarrbuk dawk in-nies. Qatt ma jaqtgħu qalbhom” jgħid Daniel. Għin lil Caritas tkompli tgħin lil uliedna ma jibdew jieħdu d-droga billi tagħti donazzjoni fuq:
- 5100 2035 – €20
- 5190 2089 – €50
- 21331000 – Pledge line