Il-programm televiżiv SERATARON, ippreżentat minn Ron Briffa, jidher li qed jintgħoġob sew mal-Maltin!
Fil-fatt, fuq il-paġna tal-programm fuq Facebook ġie żvelat kif “Li qalet Clare Agius fl-ewwel programm sar realtà. SERATARON l-aktar programm segwit fuq it-televiżjoni Maltija. Grazzi talli għażiltu li taraw SERATARON kull nhar ta’ Ġimgħa.”
Fil-filmat Clare tidher tmur tiġri fuq Ron u tgħidlu: “Ħa nieħu selfie… biex issa kif ikollok l-aktar programm popolari u segwit inkun ilħaqt ħadt ritratt miegħek!”
Awguri kbira lil Ron u lit-tim kollu tal-produzzjoni!
Facebook/Serataron