Meta faqgħet il-pandemija Peter Paul kien qiegħed il-Guatemala. Tkellimna ma’ Peter Paul ta’ Tribali li hu magħruf ħafna għall-karita li jagħmel fil-missjoni. Tribali bħalissa għadhom kemm nedew Bijografija tagħhom fi ktieb li jinkludi 12-il diska mill-erba’ albums. Qligħ ħa jmur għall-missjoni ġewwa l-Filippini. Din parti mill-intervista:
“Jien involut f’ħafna proġetti tal-missjoni immexxi minn Dun Anton. Mort inżuru u hemm rajna realtajiet diffiċli li jgħixu fihom. Kont qiegħed hemm u nirringrazzja li kont għandu għax ħa ħsiebna ħafna” jgħidilna Peter Paul. Staqsejnih ukoll jgħidilna x’impressjonah l-aktar mill-missjoni fejn hawn irrakontalna 3 stejjer. Fosthom meta kien iltaqa’ ma’ lebrużi, ma’ tfal żgħar ġo ħabs u meta kien sab tifla ġo foresta.
“Darba sibna tifla abbandunata ġol-foresta. Is-sorijiet waslitilhom l-informazzjoni li kien hemm tifla abbandunata ġol-foresta u niftakar konna morna ma’ Dun Ġorġ u sibna l-post u lil din it-tifla taħt siġra. Dakinhar waqajna f’ħafna niket” jirrakonta Peter.
Din hija parti żgħira mill-imħabba li għandu għall-missjoni u biex issiru tafu lil Peter Paul u lil Tribali wieħed għandu jixtri l-bijografija tagħhom. Kollox taħt il-produzzjoni ta’ Tonio Bonello u 24sevenMedia u l-kitba ta Connie Buttigieg, f’dan il-ktieb issibu; il-vjaġġ mużikali, kapitli mill-ħajja personali ta’ kull membru, intervisti mal-mużiċisti, ritratti esklussivi tal-grupp u aċċess għal 12 il-diska l-aktar imfittxija mill-erba’ albums bil-QR Code. Kull min jinteressah dan il-ktieb, jista’ jagħmel użu minn offerta limitata, sa’ 18 ta Novembru, fejn wieħed jista’ jakkwista kopja għall-prezz ta’ €18 flok €24.
Biex tibbenefikaw minn din l-offerta, tistghu tibagħtu l-ħlas ta’ €18 permezz ta’ Revolut jew BOV Pay fuq 7929 2979. Dan il-ktieb żgur ħa jkun rigal mill-isbaħ f’dawn iż-żminijiet ta’ festi tal-Milied u Il-qligħ minnu ħa jmur għall-missjoni ġewwa l-Filippini fejn Tribali jgħinu fi proġett li fih jgħallmu l-mużika lit-tfal fqar u li jgħixu fit-toroq.