Il-Golden Buzzer ta’ Howard Keith jiftħu t-tieni semi-finali ta’ Malta’s Got Talent. Grupp dinamiku b’żifna li tibqa’ tiftakar u trażmettu l-emozzjoni fil-prestazzjoni tagħhom.
Howard qal, emozzjonijiet ta’ vera. ma jiddispjaċiniex li jien tgħajt il-Golden Buzzer lilkom! Nemmen fikom intom l-aktar act favorit tiegħi. Ħaqqkom post fil-finali”
Maxine qalet, “din il-prestazzjoni ħallietna lkoll bla nifs”
Sarah qalet, “għollejtu l-livell tat-tieni semi-finali ta’ MGT”
u Ray qal “dejjem jirnexxielkom iġġibu xi ħaġa t’emozzjoni. Kważi kontu perfetti. Sħajtilkom plejer tat-table soccer tant kontu preċiżi”
Nawguraw lit-tim Concept of Movement!
Ibgħat SMS vojt fuq 50614401 għal Concept of Movement. Tista’ tivvota 3 darbiet biss u kull SMS jiswa 47ċ.