Il-linja tal-ajru Ryanair qanqlet dibattitu matul dawn l-aħħar ġranet wara li staqsiet fuq il-midja soċjali jekk għandhiex tibda tiċċarġja €2 lill-passiġġieri tagħha meta dawn jagħmlu użu mit-tojlit waqt titjira.
Deher ċar li s-segwaċi ħadu din id-domanda b'ċajta, hekk kif fil-fatt spikkaw eluf ta' kummenti miktuba b'sens ta' umoriżmu fejn kien hemm min li saħansitra staqsa jekk il-miżata hijiex se tvarja abbażi liema bżonn wieħed jaqdi fit-tojlit tal-ajruplan.
Intant, lura fl-2009, is-CEO ta' Ryanair Michael O'Leary kien tkellem dwar din l-idea u kien saħaq li verament kien qiegħed jikkunsidra li jimponi din il-miżata fuq il-passiġġieri.
Hu kien stqarr li ma ħax azzjoni minħabba ostakli tekniċi li sab billi l-kumpanija li timmanifatura l-ajruplani tar-Ryanair tħabtet sabiex issib mezz kif tagħmel magna tal-ħlas maġenb it-tojlit.
Intom x'taħsbu dwar dan? Taħsbu li eċċessiv jew ġust li linja tal-ajru tiċċarġja l-passiġġieri sabiex dawn jużaw it-tojlit?
Facebook / EU Plane Spotters u ChatGPT