Għalkemm ma nistawx niċċelebraw il-Halloween flimkien, hemm bosta nies li xorta waħda qed jieħdu dan il-jum bħala opportunità biex ikunu kreattivi. Fuq il-midja soċjali, raġel tella’ ritratt li mal-ewwel ħarsa jaħsdek.
Iżda meta tħares sew tinduna li dan hu platter magħmul miż-żebbuġ, salami u perżut Taljan maħdum b’mod li jidher qisu ras ta’ mumja li qamet mill-mewt!

Kieku tordna platter u jtuk xi ħaġa bħal din, tieklu xorta waħda?
Facebook/Kenneth Farrugia