Bir-Ritratti: “Il-Brimba Tiegħi” – Wisq Ħelwin Dawn It-Tfal Għall-Halloween!

Illum hu l-lejl tal-Halloween, li għalkemm sfortunatament ma jistax jiġi ċċelebrat bħas-soltu, xorta waħda kien hemm bosta personalitajiet Maltin li libbsu lit-tfal tagħhom bil-kostumi. Wisq ġew ħelwin!

Il-Membru tal-Parlament Ewropew Alex Agius Saliba, tella’ ritratt mat-tifla ċkejkna tiegħu u kiteb “Happy Halloween mingħand il-qargħa ħamra ċkejkna tagħna”.





Mill-banda l-oħra, il-Ministru Ian Borg jidher li sab l-iżjed brimba ħelwa titbissem u titrekken ma’ sidru. Hu rrefera għaliha bħala “il-brima tiegħi”.



“Meta tajt lift lil qargħa ħamra ċkejkna,” kitbet il-Ministru tat-Turiżmu, Julia Farrugia Portelli.

Fl-aħħar u mhux l-inqas, għalkemm tiġi n-neputija tiegħu, l-Ministru Byron Camilleri wkoll tella’ ritratt fejn qal li “Tal-ewwel dejjem speċjali!”

Wisq ħelwin dawn iċ-ċkejkna! Int għamilt xi ħaġa relatata mal-Halloween illum?

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI