Jidher li t-tim tal-produzzjoni tad-drama Division 7 mhux qed igawdu s-sajf! Il-ġbid tas-sensiela li jmiss ilu li beda u f'din l-iskeda mistenni aktar sorpriżi!
Fuq Facebook it-tim tal-produzzjoni kitbu li f'din is-sensiela sejrin naraw waħda mill-akbar xeni li qatt iffilmjaw! Fir-ritratt jidru Julia (Jackie Vassallo Bianchi) u Amir (Jason Zerafa). Tgħid x'se jiġri?
Ix-Xeni mill-ħabs ma jonqsux! Jidher li Mari (Soraya) ħasset daqsxejn sħana!
Skont stharrig tal-Awtorita' tax-Xandir, Division 7 huwa segwit minn ftit iktar minn 63,000 ruh u huwa wkoll l-iktar programm segwit fuq ONE TV. F'Mejju li għadda ħareġ l-aħħar promo ta' din id-drama li tista ssewgi hawn isfel.
Għal issa nibqgħu bil-kurżità u nistennew Ottubru ħalli naraw x'se jiġri ġdid f'Division 7.
Division 7 / Facebook