Mill-irħula u l-bliet Maltin issa l-Karnival ta’ pajjiżna sab ruħu wkoll fil-Parlament Ewropew ġewwa Brussell.
Dan hekk kif fuq inizjattiva tal-Membru Parlamentari Ewropew Alex Agius Saliba se tkun qed tittella’ esebizzjoni fil-jiem li ġejjin li se tagħti prominenza liema bħalha lill-bosta elementi tal-Karnival Malti.
Se jkun qed jispikka fost oħrajn f’din l-esebizzjoni bust li se jkun qed jiġi esebit tal-mibki Pawlu Curmi magħruf aħjar bħala l-Pampalun li matul ħajtu ħabb ħafna u ħadem bis-sħiħ b’risq il-Karnival Malti.
Fuq il-midja soċjali l-Membru Parlamentari Ewropew iddeskriva din l-esebizzjoni bħala “okkażjoni unika fejn il-Parlament Ewropew jista’ japprezza u jgawdi t-talent Malti”.
Facebook / Joseph Amodio u Alex Agius Saliba