Carina Taqsam Ritratt Speċjali Minn Okkażjoni Speċjali Ta' Binha Ben U L-Mara Tiegħu Xtina

Ilbieraħ kienet ġurnata tassew speċjali fid-dar tal-familja Camille! Ben u Xtina ċċelebraw l-erba’ snin tagħhom minn meta qalu iva lil xulxin u skont dak li xeħtu fuq instagram, in-nanniet kienu qed jieħdu ħsieb liċ-ċkejkna Elle u ċ-ċkejken George.

View this post on Instagram

A post shared by shanepwatts (@shanepwatts)

Omm Ben, l-istilista popolari Carina ħalliet ritratt fuq instagram mill-ġurnata maġika tagħhom filwaqt li awguratilhom f’dan il-jum speċjali. 

Wieħed jista’ jgħid li kienu erba’ snin mimlija avvenimenti għal din ilkoppja. Proprju dan is-sajf, il-koppja laqgħu t-tieni wildt tagħhom flimkien, li huma semmew George, wara missier Xtina li ħalliena ftit tas-snin ilu. Filwaqt li sentejn qabel, laqgħuha lil Elle proprju f’Diċembru tal-2018.

View this post on Instagram

A post shared by Ben Camille (@ben.camille)

Tul dawn l-aħħar ftit snin rajna lil Ben jippreżenta l-ewwel u t-tieni staġun ta’ X Factor Malta, programm li laħaq rekord ta’ udjenza ġo pajjiżna.

Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt nawguraw lil Ben u lil Xtina aktar snin ta’ kuntentizza flimkien. Awguri minn qalbna! 

Instagram / Ben Camille







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI