Covid-19: Jitilfu Ħajjithom 3 Oħra – Il-Vittmi Jitilgħu Għal 128

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li tliet anzjani tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Fl-ewwel każ anzjan ta’ 70 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-16 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fir-residenza St Vincent de Paul.



Fit-tieni każ anzjana ta’ 73 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fl-1 ta’ Novembru, mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ anzjan ta’ 80 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-6 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, appella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni, biex b’hekk nipproteġu lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI