Waqt l-episodju tal-bieraħ rajna liż-żewġ bombshells ġodda, li wieħed minnhom huwa wiċċ familjari. Dan mhu ħadd ħlief Cruyff, li daħal bħala bombshell lura fl-ewwel staġun ta’ Love Island Malta.
Cruyff daħal bil-għan li jidħol f’koppja ma’ Michela u Yennifer. Cruyff u Michela jidher li kellhom konoxxenza ta’ xulxin minn barra l-villa, u għaldaqstant hekk kif għażel lilha biex jingħaqad f’koppja, qablu mill-ewwel.

Ritratt: TVMi/ Love Island Malta
Cruyff u Michela sabu ċ-ċans li jitkellmu ftit dwarhom, u jidher li bdew fuq nota tajba. Il-koppja jidhru komdi flimkien u Michela turi li tinsab kuntenta u komda ma’ Cruyff.
Taħsbu li ser ikampaw Cruyff u Michela?

Ritratt: TVMi/ Love Island Malta
Facebook/ Love Island Malta