Fuq il-paġna uffiċjali l-Arċidjoċesi ta' Malta kitbet dwar il-qaddis żagħżugħ San Carlo Acutis. Hu ġie ddikjarat qaddis propju f'Settembru li għadda, u qedi kompli jservi ta' mudell għaż-żgħażagħ.
"San Carlo Acutis, imwieled fl-1991, għex ħajja mdawla minn imħabbtu lejn l-Ewkaristija b’ħeġġa li jaqsam il-fidi tiegħu b’mod diġitali. Hu kien jemmen bis-sħiħ li l-Ewaristija hi t-triq lejn il-ħajja ta’ dejjem u qatta’ ħajtu jippromwovi mirakli Ewkaristiċi billi ħoloq website biex jiddokumentahom."
L-Arċidjoċesi tkompli, "Id-devozzjoni u l-għarfien diġitali tiegħu ħeġġew lill-Papa Franġisku biex jirrikonoxxih bħala mudell għaż-żgħażagħ fl-era diġitali tal-lum. Fis-7 ta' Settembru ta' din is-sena, għadu kif ġie kkanonizzat u għalhekk, iddikkjarat qaddis."
Tagħlaq bil-kliem, "Dan iż-żagħżugħ ifakkarna li l-qdusija tista’ tinkiseb minn kulħadd anke f’din id-dinja moderna, u li t-talenti tagħna kollha jistgħu jintużaw biex tingħata glorja ‘l Alla."
Emil Calleja Bayliss