“Dawn Iż-Żewġt Iklieb Għadhom Kemm Tilfu Lil Sidhom. Nixtiequ Nsibulhom Dar Flimkien.” – Inti Tista’ Tgħin?

Max Ine qasmet fuq Facebook każ urġenti ta' żewġt iklieb li sfortunatament għadhom kemm tilfu lil sidhom, u għalhekk issa qegħdin ifittxu familja oħra li tista' toffrilhom u l-wens u l-imħabba li jistħoqqilhom. 

Hi stqarret li taf li forsi daqsxejn diffiċli li jkun hawn min lest li jieħu t-tnejn li huma f'daqqa, iżda hija diġà ferm diffiċli għalihom li f'daqqa waħda jinsabu bla sid u għalhekk jinsabu mħawda jistennew lil xi ħadd jieħu ħsiebhom. 



Il-klieb jisimhom “Kullu” u "Monkey".  Filwaqt li Kullu għandu 10 snin, huwa msewwi, għandu ċippa u kompletament imlaqqam, Monkey għandu 8 snin, mhuwiex imsewwi, għandu ċippa u wkoll kompletament imlaqqam.  "Huma klieb tal-familja, iħobbu jilagħbu, ubbidjenti u leali. Wieħed mill-klieb għandu 3 saqajn."

Xerred l-artiklu sabiex tinsab persuna b'qalbha tajba li tista' tgħin lil Kullu u lil Monkey!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI