“Dear Santa… Id-Daddy Operawh U L-Mummy Ma Taħdimx… Ma Jistawx Jixtruli Rigali Dal-Milied”

Angele Camilleri, li hi Kunsilliera f’Ħaż-Żabbar, għadha kif għamlet appell fuq Facebook dwar żewġt itfal (ta’ 9 u 7 snin) li sfortunatament ma jistax ikollhom rigali dal-Milied. Angele tellgħat ittra li kitbet waħda mit-tfal lil Santa Klaws.

Kull min jixtieq jgħin lil dawn it-tfal jekk jogħġbok hu mitlub jikkuntatja lill-Kunsilliera Angele Camilleri billi jagħfas HAWNHEKK.

“Dear Santa… Qed niktbulek din l-ittra biex jekk jogħġbok tiftakar fina dan il-Milied. Din is-sena ma tantx kienet faċli għal kulħadd speċjalment għalija u għal oħti. Id-daddy vulnerabbli u miskin din is-sena tgħix kemm-il darba daħal l-isptar biex joperawh.”





“Bil-paga li għandu d-daddy u l-mummy ma taħdimx ma tantx jistgħu jixtrulna rigali dan il-Milied. Bil-paga tad-daddy kemm nieklu u l-affarijiet ta’ kuljum għax ikun irid jixtri l-mediċina. L-mummy tipprova tikkuntentina imma miskina ma tistax tiktri affarijiet li ma jkollniex bżonn għax ma sservijiex il-paga li jagħtiha d-daddy.”

“Oħti din is-sena kellha l-praċett u ma kelliex party bħat-tfal oħra. Nitolbok jekk ikollok xi rigal żejjed aħseb fija u  f’oħti din is-sena, imma nitolbok jekk ikun hemm tfal fil-bżonn aktar minni ikkuntenta lilhom, ma jimpurtax. Għax għalkemm il-ġenituri ma jistawx jixtruli rigali dan il-Milied, nieħu gost inkun naf li hemm tfal kuntenti li huma fil-bżonn aktar minni u minn oħti.”



Kull min jixtieq jgħin lil dawn it-tfal jekk jogħġbok hu mitlub jikkuntatja lill-Kunsilliera Angele Camilleri billi jagħfas HAWNHEKK.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI