“Dejjem Bi Tbissima Fuq Ħaddejha” – Fondazzjoni Nazareth Tibki T-Telfa Ta’ Rita

B’sogħba Fondazzjoni Nazareth ħabbret li Rita Pulis, tilfet ħajjitha lbieraħ 23 ta’ Novembru, fl-eta ta’ 63 sena. Il-Fondazzjoni rreferiet għal Rita bħala “waħda minn ħutna.”

“Rita ilha tgħix ma’ Fondazzjoni Nazareth għall dawn l-aħħar 20 sena, kienet persuna dejjem bi tbissima fuq ħaddejha u bniedma ottimista ħafna,” ġie miktub fuq il-midja soċjali.





Il-quddiesa ta’ radd il-ħajr għall-ħajja ta’ Rita ġiet iċċelebrata aktar kmieni llum 24 ta’ Novembru fil-Knisja Arċimatriċi ta’ Santa Katarina V.M. iż-Żejtun b’quddiesa presente cadavere. Wara saret id-difna fil-qabar tal-Fondazzjoni Nazareth fiċ-ċimiterju taż-Żejtun.

Aħna minn Gwida.mt nixtiequ ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lil dawk kollha li qed iħossu t-telfa ta’ Rita. Strieħ fis-Sliem għażiża!

Facebook/Fondazzjoni Nazareth



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI