“Nawgura Minn Qalbi Lil Fr Karl Andrew Schembri, Mellieħi Bħalna” – Is-Sindku Gabriel Micallef

Is-Sindku tal-Mellieħa, Gabriel Micallef, awgura lil Fr Karl Andrew Schembri li ġie maħtur Kappillan tal-Imtarfa. Kitiblu kelmtejn fuq il-paġna tiegħu fejn esprima kemm jinsab kburi bih, bħala Mellieħi.

Hu kiteb, “Nawgura minn qalbi lil Fr Karl Andrew Schembri, Mellieħi bħalna, hekk kif ġie maħtur Kappillan ġdid tal-Parroċċa tal-Imtarfa. Bħala komunità Mellieħija, dan hu mument sabiħ għalina wkoll. Fr Karl Andrew huwa wild il-Mellieħa, u għalhekk nifirħu miegħu u nawgurawlu kull ġid f’din il-missjoni pastorali ġdida.”

Nawguraw lil Fr Karl Andrew Schembri għal dan il-kapitlu ġdid u nirringrazzjawh għall-ħidma tiegħu. Inżommuh fit-talb tagħna biex Alla jkompli jżomm idejh fuqu u jmexxih f’dan l-irwol ta’ responsabbilita`.

Ritratti:

Facebook / Gabriel Micallef

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI