Emmen Fik Innifsek U Tasal Żgur!

Ftit tal-ħin ilu l-kantanta Pamela Bezzina tellgħet post fuq il-midja soċjali tagħha li ġagħlitna naħsbu ftit. Hija post li minnha nistgħu nieħdu tagħlima u napplikawha għal ħajjitna. 

Pamela tikteb, “minn dejjem kont inħarbex xi kliem, però qatt ma ħassejt li hu tajjeb biżżejjed biex nippubblikah.” Iżda l-kantant Joseph Refalo emmen fil-kapaċità tagħha u talabha biex tiktiblu kanzunetta għall-Għanja tal-Poplu, li sar ilbieraħ.

Għall-ewwel bdiet tibża’ taċċetta, minħabba li “ma tiġix naturali,” daqskemm tiġiha l-kitba tal-mużika. Iżda mbagħad aċċettat u flimkien ma’ Alexander Debono kitbet kanzunetta li ġġib l-isem ta' “Id-Ditta tal-Ġlekk.” U din il-kanzunetta ħadet il-ħajja lbieraħ waqt l-Għanja tal-Poplu!

Jekk temmen fik innifsek u taħdem għal xi ħaġa li verament tkun tixtieqha, jirnexxielek żgur! Għandek tieħu l-opportunitajiet ġodda bħala sfida għax jekk taħdem, ir-riżultat finali żgur li jkun wieħed sodisfaċenti. F’isem Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Pamela u lit-tim kollu wara din il-kanzunetta!

Instagram / @pamelavocals

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI