Bjorn jaqsam ritratt ta' meta mar jara lil Kruiven jagħmel il-ġirja tiegħu b'risq DAR Bjorn. Hu jikteb, "Dan ir-ritratt għandu erba’ snin. Erba’ snin ilu, kont għadni nista’ nċaqlaq ftit idejja. Niftakar kont hemm, narah jiġri. Illum, idejja ma jiċċaqalqux. Ġismi ma jiġrix. Is-sodda saret id-dinja tiegħi. Imma Kruiven għadu b'qalbu mimlija biex jgħin!"
Bjorn iżid, "Il-ġirja annwali ta' Kruiven riesqa. Għal sħabi f’DAR Bjorn. Nhar il-Ħadd, 21 ta' Settembru, fid-9am, il-raba' ġirja għal DAR Bjorn. Segwi onlajn! Agħmel id-differenza hawn: https://efr.alsmalta.org/run-for-a-cause-kruiven-s-8k-for..."
Kuraġġ Kruiven! Ċerti li se terġa' twettaq il-ġirja b'suċċess u jirnexxilek tiġbor fondi biex jintużaw b'risq DAR Bjorn. Ibqa' sejjer hekk!