“Erba’ Snin Mingħajrek Papà… Għadek Hawn Miegħi, Tiggwidani Tul Il-Ħajja” – Michela Scicluna Lil Missierha Chris

Moira Chris u Michela

Michela Scicluna, bint Moira Stafrace u l-mibki Chris Scicluna, kitbet messaġġ mill-qalb għall-għażiż missierha, li bħal-lum ħalla din id-dinja.

“Erba’ snin mingħajrek Papà. Naħseb fik kull sekonda tal-ġurnata, x’kont tkun qed tagħmel kieku għadek hawn magħna, naf li kont tkun ħdejja, lest biex issolvi kull problema li jkolli. Għax hekk kont tagħmel, kont tkun il-blata tiegħi u l-ispalla li nistrieħ fuqha.”

Michela tkompli, “Issa naf li tinsab f’post aħjar, u xorta għadek miegħi, tiggwidani fil-ħajja… Grazzi talli għallimtni kollox dwar il-mużika u l-arti… Inħobbok.”

Qasmet anke filmat prezzjuż fejn tidher tkanta waqt li missierha Chris qed idoqqilha. Memorji li bla dubju jibqgħu f’qalbha u f’moħħha.

Chris u Moira rrappreżentaw lil Malta lura fl-1994 fil-Eurovision Song Contest bil-ġmiel ta’ kanzunetta, More Than Love.

Insellmu l-memorja tiegħek Chris. Grazzi tal-mużika. Għal dejjem f’qalbna.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI