Etnaland Fi Sqallija Jingħalaq Mill-Awtoritajiet Wara Allegatament Ksur Ta’ Liġijiet Ambjentali!

Il-park ta’ divertiment magħruf Etnaland f’Belpasso, Sqallija, ġie magħluq mill-awtoritajiet Taljani wara investigazzjoni dwar allegati ksur serju tal-liġijiet ambjentali.



Skont rapporti fil-midja Taljana, l-azzjoni ttieħdet wara li nstabu irregolaritajiet relatati mat-trattament u r-rimi mill-aquapark. L-investigazzjoni, li kienet għaddejja għal diversi xhur, allegatament żvelat li ċertu materjal ma kienx qed jiġi ttrattat skont ir-regolamenti ambjentali fis-seħħ.



L-awtoritajiet ordnaw sekwestru preventiv tal-istruttura sakemm is-sitwazzjoni tiġi ċċarata u, jekk meħtieġ, jiġu indirizzati n-nuqqasijiet kollha. Dan ifisser li l-park mhux se jkun jista’ jopera sakemm jintemmu l-proċeduri legali u amministrattivi meħtieġa.



Etnaland huwa wieħed mill-aktar parks popolari fin-Nofsinhar tal-Italja u jattira eluf ta’ viżitaturi kull sena, speċjalment matul l-istaġun tas-sajf. L-aħbar tal-għeluq ħolqot sorpriża fost il-komunità lokali u fost dawk li kienu qed jippjanaw iżuru l-park fil-ġimgħat li ġejjin.

Il-każ issa jinsab f’idejn l-awtoritajiet kompetenti, li mistennija jkomplu jinvestigaw biex jiġi stabbilit jekk u meta l-park jistax jerġa’ jiftaħ il-bibien tiegħu.

Ritratti:

Facebook / Etnaland

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI