“Ferita Li Ma Tagħlaq Qatt” – Vanessa Gatt Tfakkar Lil Bintha Emily Sitt Snin Wara T-Telfa Tagħha

Sitt snin wara li tilfet lil bintha Emily, Vanessa Gatt qasmet messaġġ mimli emozzjoni fuq il-midja soċjali, fejn fissret kemm il-vojt li ħalliet warajha għadu jinħass kuljum. "L-anqas irrid nemmen li għaddew 6 snin mill-ikrah ġurnata ta' ħajti, il-ġurnata li ħallejtni inti, binti l-għażiża," kitbet Vanessa, filwaqt li ddeskriviet it-telfa bħala "ferita li ma tagħlaq qatt."

Hija qalet li, minkejja li ilhom sitt snin ma jaraw lil Emily, tħossha magħha kullimkien. Żiedet li qatt ma għaddiet sekonda mingħajr ma ħasbet fiha u spiss timmaġinaha kif kienet tkun kieku baqgħet magħhom. Fl-aħħar tal-messaġġ tagħha, Vanessa kitbet kliem li jolqot il-qalb, "Nibqa' nħobbok għal dejjem, anġlu tiegħi, u ibqa' ħarisna. Nimmissjak wisq Emily."

Il-messaġġ tagħha qanqal bosta kummenti ta' sostenn u mħabba minn persuni li bagħtulha kliem ta' kuraġġ u fakkru lil Emily f'dan l-anniversarju tant diffiċli għall-familja tagħha.

Ritratti:

Facebook / Vanessa Gatt

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI