Tfal Ta’ Bejn It-3 U L-5 Snin Se Jibdew Jattendu Lezzjonijiet Tal-Għawm Bla Ħlas – Il-Ministru Byron Camilleri Jħabbar Dan!

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport, Byron Camilleri, ħabbar miżura ġdida li se tagħti opportunità lil tfal ta’ bejn it-3 u l-5 snin biex jattendu lezzjonijiet tal-għawm bla ħlas.

Permezz ta’ din l-inizjattiva, il-Gvern se jibda joffri dawn il-lezzjonijiet matul l-ewwel 100 jum, b’fażi pilota fl-iskejjel tal-Kottonera, qabel il-programm jinfirex gradwalment lejn skejjel oħra madwar Malta u Għawdex.

Byron Camilleri qal li din il-miżura għandha l-għan li aktar tfal jibdew jitgħallmu jgħumu minn età bikrija, filwaqt li tingħata spinta lill-attività fiżika u lill-ħiliet essenzjali ta’ sigurtà fl-ilma.

L-inizjattiva tifforma parti mill-pjan tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport biex aktar familji jkollhom aċċess għal opportunitajiet sportivi mingħajr piż finanzjarju, filwaqt li tkompli tħeġġeġ stil ta’ ħajja aktar attiv fost it-tfal minn età żgħira.

Ritratti:

Facebook / Byron Camilleri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI